Tuesday, October 22, 2024

Ħwienet jinqabdu jbigħu prodotti tal-kuntrabandu

Aqra wkoll

Id-Dwana Maltija fi stqarrija qalet li sabet 25 każ fejn ħwienet kienu qed ibigħu prodotti tal-kuntrabandu jew oġġetti projbiti.

Ġie spjegat li f’dawn l-aħħar erba’ ġimgħat, it-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana għamlet diversi spezzjonijiet fi ħwienet madwar Malta, bl-iskop li tissalvagwardja l-interessi fiskali tal-pajjiż.

Intqal kif inqabdu u ġew ikkonfiskati fost oħrajn, ftit aktar minn 16,000 sigarett,530 flixkun tax-xorb alkoħoliku, sebgħa u 40 flixkun tal-inbid u ħames kilogrammi tabakk tax-xixa.

L-ispezzjonijiet saru fil-Mellieħa, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra u Paceville fost oħrajn.

Sport