Thursday, December 26, 2024

“Inħoss li qisna qed ngħixu film mimli azzjoni”

Aqra wkoll

“Ħajjitna nbidlet kompletament. Ħajjitna nqasmet. Dik ta’ qabel il-gwerra u dik ta’ waqt il-gwerra. Mentalment għadni ma aċċettajtx dak li qed jiġri. Ġieli nibda inħossni qed ngħix f’xi film mimli azzjoni”, tiddikjara Snezhana, li minħabba l-kunfitt telqet lejn Lubny minħabba li hu post aktar kwiet.

“Nibda naħseb li kollox se jintemm fi żmien qasir. X’ġara mill-Coronavirus? Kulħadd fieq f’daqqa waħda? Illum qed ngħixu fis-silenzju. Qed nibża’ nqum filgħodu. Imbeżża’ li se nitlef qraba tiegħi f’dan il-kunflitt. Fejn qegħdin aħna m’hawnx attakki, għalkemm nisimgħu bumbardamenti fil-bogħod. Qed ngħix f’Lubny. It-tfal bdew imorru l-iskola mill-ġdid b’mod remot. Qed nippruvaw ngħixu mill-ġdid. It-tama tagħna hi li nirritornaw lura f’Kharkiv”.

Ekonomija

Sport