Saturday, October 26, 2024

“Inħossni kuntenta ħafna li xi ħaġa li kienet għal qalbi tajtha lil tfal li ma nafx”

Chrizaya Attard

Aqra wkoll

Huwa ġest sabiħ immens meta bniedem jaħseb f’ħaddieħor. Kwalitajiet pożittivi bħal dawn għandna ngħadduhom lil uliedna sa minn età ċkejkna.

Jeżistu bosta modi ta’ kif nistgħu ngħinu lil dawk ta’ madwarna. Fosthom billi jekk għadna tfal, nistgħu naqsmu xi ġugarelli li m’għadniex nilagħbu bihom jew ħwejjeġ li m’għadhomx jiġuna u li għandhom f’kundizzjoni tajba, ma’ tfal oħra li għaddejjin minn żmien diffiċli, ngħidu aħna xi tfal li qed jirċievu l-kura l-isptar.

Huwa dan li għamlet iċ-ċkejkna Chrizaya Attard, li stqarret il-kuntentizza li ħasset meta iktar kmieni llum tat id-dar ta’ LOL, li tant kienet għal qalbha, lil Puttinu Cares sabiex dawk it-tfal li jkunu qegħdin hemm għall-kura jkunu jistgħu jilagħbu biha: “Illum hija ġurnata speċjali għalija li għamilt daħqa fuq wiċċ it-tfal li ma jifilħux. Inħossni kuntenta ħafna li xi ħaġa li kienet għal qalbi tajtha lilhom“.

Sport