Saturday, May 4, 2024

“Inħossni qisni plejer tal-futbol li skorja imma t-tim tiegħu tilef… determinat li naħdem”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wiċċ ġdid ieħor għall-Partit Nazzjonalista huwa Graham Bencini li ġie elett fl-elezzjoni każwali fuq l-għaxar distrett.

“Inħossni qisni plejer tal-futbol li skorja imma t-tim tiegħu tilef”, qal Bencini fl-ewwel reazzjoni tiegħu lill-midja. Minn naħa tiegħu Graham Bencini qal li dan ir-riżultat jagħtih sodisfazzjon personali anke jekk ir-riżultat globali bħala partit ma kienx dak mixtieq. 

Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li wrewh il-fiduċja, Bencini qal li l-piż tiegħu żdied għax bħala deputat determinat li jagħti r-raġun lil dawk li wrewh il-fiduċja.

Finalment huwa rringrazzja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-fiduċja li wera fih.

Sport