Sunday, December 22, 2024

“Innutajna għatx u xewqa mhux biss għall-purċissjonijiet iżda anke għal mumenti ta’ talb fis-skiet”

Aqra wkoll

Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba pandemija, illum waranofsinhar, f’diversi lokalitajiet mistennija joħorġu l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Kollox jiddependi wkoll mit-temp hekk kif minħabba r-riħ qawwi diġà saru xi tibdiliet anke fir-rotot ta’ xi purċissjonijiet. 

“Hawn ħafna interess, in-nies qed jistaqsu u wara sentejn ta’ pandemija hawn għatx u xewqa. Mhux biss għall-vari imma anke għal mumenti ta’ skiet biex jinġabru u jitolbu”. Iddikjara dan ma’ Talk.mt il-gwardjan tal-Kunvent Ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta Fr Ramon Farrugia OFM ftit sigħat qabel toħroġ il-purċissjoni mill-knisja.

Farrugia spjegalna dwar l-aħħar perparamenti li għaddejjin minn naħa tal-organizzazzjoni bħala Knisja. Bħala Knisja se jagħlqu l-bibien tagħhom biex jibdew jiġu preparati l-vari għall-purċissjoni, filwaqt li jibdew jiġu preparati l-kostumi għal dawk li se jilbsu fl-istess purċissjonijiet.

“Kien hemm mumenti li bżajna li n-nies taf tkun xi ftit indifferenti wara dawn is-sentejn. Minkejja dan in-nies qiegħda tfittex il-knejjes tagħna biex tqatta’ mumenti ta’ skiet u titlob”, kompla jgħidilna Farrugia b’referenza għall-attività li tinsab għaddejja f’dawn il-ġranet li fihom infakkru l-mewt u l-qawmien ta’ sidna Ġesu Kristu.

Ekonomija

Sport