Sunday, November 3, 2024

INSAWRU ĠENERAZZJONI DIĠITALI

Aqra wkoll

Huwa fatt li l-edukazzjoni tistabbilixxi s-sisien għal suċċess aktar tard fil-ħajja f’termini ta’ impjegabilità u l-integrazzjoni soċjali. Biex tintlaħaq din il-mira, l-użu tal-kontenut diġitali għal finijiet edukattivi huwa essenzjali.

Tassew, illum qed ngħixu f’dinja diġitali fejn it-tfal jużaw apparat multiplu biex jaċċessaw l-Internet minn età żgħira, b’xi tfal jieħdu l-ewwel passi tagħhom online saħansitra qabel ma jkunu jistgħu jaqraw jew jiktbu. L-importanza tal-edukazzjoni diġitali żdiedet ukoll bil-milja tal-pandemija Covid-19. Il-pandemija ġabet magħha sfidi ġodda fis-settur edukattiv, li qatt ma rajna bħalhom u żdiedet id-dipendenza fuq it-teknoloġija tal-komunikazzjoni. Kien għalhekk li l-Unjoni Ewropea ppubblikat il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (2021-2027) li permezz tiegħu qed tappoġġja l-adattament sostenibbli u effettiv tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Istati Membri tal-UE għall-era diġitali. Kien għalhekk ukoll li l-Gvern Laburista elenka l-edukazzjoni speċjalment dik diġitali bħala prijorità fl-istrateġija nazzjonali għal wara l-pandemija. Kien għalhekk li saħaq fuq l-importanza tal-edukazzjoni fil-viżjoni ekonomika tiegħu għall-għaxar snin li ġejjin. 

Ta’ min wieħed jinnota li l-istrateġija tal-Gvern Laburista għall-iżvilupp fis-settur edukattiv ma bdietx illum. L-edukazzjoni kienet minn dejjem fiċ-ċentru tal-politika tal-Partit Laburista tant li kif ħa r-riedni tal-pajjiż f’idejh witta l-viżjoni tiegħu fis-settur permezz tal-Qafas għall-Istrateġija għall-Edukazzjoni f’Malta (2014–2024). Dan id-dokument witta t-triq biex Gvern Laburista ggarantixxa pajjiż li tassew jiggarantixxi sistema edukattiva mill-aqwa għal uliedna. 

Il-pandemija kienet biss pretest biex il-Gvern Laburista jkompli jwitti l-viżjoni tiegħu fis-settur edukattiv li kompliet tissaħħaħ tul dawn l-aħħar xhur permezz tal-implimentar ta’ dak kollu li ġie elenkat fil-programm elettorali 2022 tal-Partit Laburista. Dan huwa pass essenzjali jekk mhux fundamentali biex il-Gvern tassew jimplimenta ġenerazzjoni diġitali. Dan huwa essenzjali biex il-Gvern verament jibni l-Malta ta’ għada; Malta bħala ċentru ta’ eċċellenza.

Sport