Saturday, December 21, 2024

“Insejna kollox!” … Tħassib dwar purċissjoni li bdiet aktar minn 500 sena ilu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Knisja Kattolika llum qiegħda tiċċelebra l-festa ta’ San Bastjan, b’nies midħla tal-istorja reliġjuża fir-Rabat qegħdin jistaqsu x’sar mid-drawwa li rat l-għeruq tagħha aktar minn 500 sena ilu. 

Minkejja li l-Knisja se tkun qiegħda tfakkar lil dan il-qaddis b’quddiesa aktar tard illum wara nofsinhar, Aris Cefai qal li sa mill-1501, ta’ kull sena, bħal-lum kienet toħroġ purċissjoni mill-Katidral sal-Knisja ta’ San Bastjan fir-Rabat. L-iskop ta’ din il-purċissjoni kienet issir bħala wegħda għall-ħelsien mill-pesta. 

Segwa l-kumment tas-Sagristan żagħżugħ Rabti Luke Micallef li kompla ma’ li qal Cefai fejn b’ton ta’ rassenjazzjoni qal li spiċċat din il-wegħda u li bħal donnu insejna kollox.

Minn żmien għal żmien tqum id-diskussjoni bejn dawk li purament jemmnu dak li jipprattikaw bħala Kattoliċi u oħrajn li minkejja li jpoġġu fuq il-mejda tad-diskussjoni dubji dwar jekk dak li tgħid l-iskrittura għandux jitwemmen fil-ħajja ta’ kuljum. 

Fl-aħħar jiem reġgħet qamet ukoll is-saga ta’ jekk huwiex minnu li r-raġel li kien ra dehriet tal-Madonna f’Malta kienx każ konfermat, bil-Psikjatra Mark Xuereb jisħaq li l-każ għandu jittieħed b’serjetà tant li wara tant snin, għadha għaddejja investigazzjoni b’rabta mal-każ.

Ekonomija

Sport