Wednesday, July 24, 2024

ARA: Il-PM jinawgura fażi oħra tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa b’investiment ta’ €5.5 miljun

Aqra wkoll

“Kemm kienu kuntenti t-tfal meta inawgurajna Kumpless Sportiv tal-ogħla livell fil-Marsa. Post ieħor fejn iwettqu l-ħolm tagħhom.” Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt li ġiet inawgura t-tielet fażi tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa b’investiment ta’ €5.5 miljun.

Waqt l-inawgurazzjoni ntqal li dan il-kumpless se jservi ta’ hub sportiv tal-ogħla livell li minnu se jgawdu wkoll il-pubbliku u s-segwaċi tal-isport f’pajjiżna.

Permezz ta’ dan l-investiment, il-komunità sportiva se tgawdi minn sala li tista’ tintuża għal diversi attivitajiet, padiljun modern ta’ 900 metru kwadru għall-ġinnastika u dixxiplini oħra. Barra minn hekk, is-sit hu stmat li għandu kapaċità ta’ madwar 300 spettatur. Il-kumpless għandu wkoll sala tal-fitness tal-ogħla livell, uffiċini li se jintużaw kemm minn SportMalta kif ukoll minn diversi assoċjazzjonijiet tal-isport, dressing rooms u faċilitajiet anċillari oħra.

Dr Abela fakkar kif bħal dan iż-żmien sena, dan il-pajjiż kien fl-aqwa tiegħu jħejji ruħu għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u li l-legat tas-suċċessi miksuba ma spiċċax maċ-ċerimonja tal-għeluq fuq il-Fosos għax il-Gvern baqa’, u se jibqa’, jinvesti fl-isports.

Dr Abela temm jgħid li jeħtieġ li nrawmu mentalità li l-isport mhux biss huwa karriera jew passatemp, imma saħansitra sors ta’ kburija, għaqda nazzjonali u ispirazzjoni għall-ġenerazzjonijiet t’għada.

Preżenti wkoll għall-inawgurazzjoni kien hemm, fost oħrajn, il-Ministru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ u Riċerka Clifton Grima.

YouTube video
Ekonomija

Sport