“Insellem il-memorja ta’ Joey Cutajar li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku l-bieraħ”. Dan iddikajrah il-Ministru Clint Camilleri permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali.
Il-Ministru Camilleri sostna; “Kien ikkomunika miegħi ftit tal-jiem ilu; ma ried xejn ħlief biex jgħidli “grazzi” fuq kwistjoni li kienet taffetwa lil numru ta’ residenti. Bil-messaġġ ma kienx biżżejjed u xtaq li niltaqgħu wiċċ imb’wiċċ, iżda d-destin ried mod ieħor”
Irrimarka li Joe kien bniedem tar-rispett. Huwa bagħat il-kondoljanzi sinċiera lil martu, uliedu u lil familja kollha u wegħdom li mhux se jkunu waħidhom.

