Wednesday, September 17, 2025

“Insib il-mod kif inkiteb ir-rapport bħala wieħed li jonqos mir-rispett” – l-eks Prim Ministru Joseph Muscat dwar ir-rapport tal-Fortina 

Aqra wkoll

“Insib il-mod kif inkiteb ir-rapport bħala wieħed li jonqos mir-rispett, meta jitfa’ kollox fuq eks membru tal-ġudikatura b’esperjenza li miet u ma setax jiddefendi lilu nnifsu. Jiena aktar minn ċert li kieku l-Imħallef Farrugia Sacco kien għadu ħaj, kien iwieġeb b’mod solidu ħafna għal ħafna suppożizzjonijiet u dikjarazzjonijiet li hemm fir-rapport”

Dan kien il-messaġġ li wassal l-eks Prm Ministru Joseph Muscat b’referenza għall-awditu investigattiv li ġie ppreżentat fil-Parlmaent lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputat Anġlu Farrugia, dwar ‘it-tneħħija tar-restrizzjonijiiet fuq l-art tal-Lukanda Fortina mill-Gvern’.

L-eks PM qal ukoll; “Kieku l-NAO ħaseb li kelli xi involviment dirett fil-ftehim, jien ċert li kienu jgħidu hekk. Ukoll, kieku riedu jagħmlu kumment dwari, jien ċert ħafna li ma kinux jgħidu “uffiċjali fi ħdan il-Gvern”.

Irrimarka li wara li qal dan, skontu sab li r-rapport tal-NAO mhux konsistenti, fejn saħansitra jmur kontra l-kalkoli li saru mill-NAO nnifsu f’rapporti preċedenti u li issa qed jiġu kontradetti. 

Muscat qal ukoll; “Barra minn hekk, dan saħansitra jikkontradixxi l-leġiżlazzjoni attwali li tirregola l-valutazzjonijiet li ma ġietx ikkontestata, u għalhekk aċċettata, mill-Parlament kollu. Nistenna bil-ħerqa li xi ħadd joħroġ bil-valutazzjoni skont l-Avviż Legali attwali u jqabbilha mal-valutazzjoni li qed tiġi skrutinizzata”. 

Tenna li filwaqt li l-awtur tar-rapport tal-NAO jiddikjara li hemm limitazzjoni serja f’dak li seta jkun investigat, huwa stess jinjora dan kompletament, bil-qarrej bilkemm jirrealizza li min ħa d-deċiżjonijiet ewlieni miet u ma kienx kapaċi jagħti r-rakkont tiegħu tal-ġrajjiet.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport