Tuesday, May 14, 2024

Insistenza biex Boris Johnson jitneħħa minn Prim Ministru

Aqra wkoll

Il-każ tar-riċevimenti li kienu saru fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, meta l-pajjiż kien f’lockdown minħabba l-pandemija Covid-19 kompliet tbaqbaq issa li ġew żvelati ritratti dwar l-istess riċevimenti fit-13 ta’ Novembru 2020. Dawn l-evidenzi wasslu biex numru ta’ membri parlamentari qed jitolbu għat-tneħħija ta’ Johnson minn Prim Ministru.

Dwar dan ir-riċeviment, il-BBC kien żvela li persuna waħda li attendiet għar-riċeviment kienet ġiet immultata iżda fl-istess waqt ma ttieħdu ebda passi fil-konfront ta’ Boris Johnson.

Il-Pulizija Metropoilitana kienet investigat żewġ avveniment fl-uffiċċju tal-Prim Ministru f’10 Downing Street li allegatament seħħew fit-13 ta’ Novembru 2020 meta kien hemm lockdown strett minħabba l-pandemija.

Mistoqsi fil-parlament minn Deputat Laburista jekk kienx minnu li saru dawk ir-riċevimenti, Boris Johnson ċaħad kategorikament u qal li kien jinsab ċert li dak li sar kien kollu skont ir-regolamenti.

Intant, Ruth Davidson, li kienet tmexxi l-konservattivi Skoċċiżi fil-House of Commons sostniet li l-Prim Ministru Johnson kien gideb lill-parlament u b’hekk il-pożizzjoni tiegħu ta’ Prim Ministru m’għadhiex aktar tenibbli.

Sadanittant, kelliema għall-uffiċċju tal-Prim Ministru qalet li Boris Johnson se jindirizza lill-parlament b’mod sħiħ wara li jiġi ppubblikat ir-rapport dwar dawk ir-riċevimenti.

Sport