Wednesday, July 24, 2024

Instabet il-mara mfittxija mill-Pulizija

Aqra wkoll

Il-Pulizija avżat li nstabet Amanda Borg Manduca, il-mara mfittxija fuq ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti. Din instabet wara jumejn mill-ħruġ ta’ avviż għall-għajnuna mill-pubbliku.

Fi stqarija l-Pulizija ta’ Malta irringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.

Il-Ġimgħa l-oħra: Il-pulzija tfittex mara b’rabta ma’ każ pendenti

Il-Pulizija permezz ta’ stqarrija talbu l-għajnuna tal-pubbliku biex tinsab mara li qiegħda tiġi mfittxija b’ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ pendenti.

Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 9/2024.

Ekonomija

Sport