Hi xi ħaġa rari, jew qatt, li l-bram jidher daqstant sabiħ li tkun trid tieħu ritratti magħhom għax tiggustahom. Hekk qal iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef hekk kif fi Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta ġiet inawgurata installazzjoni artistika ġdida bl-isem “Meta l-Baħar Iniggeż”.
Din l-installazzjoni tagħmel parti minn sensiela ta’ installazzjonijiet artistiċi li qed jittellgħu fil-Kapitali kull tliet xhur bħala parti mill-programm kulturali tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.
Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Jason Micallef ħeġġeġ lin-nies biex imorru jarawha kif ikunu l-Belt.