Sunday, November 24, 2024

“Int anġlu fis-sema”… Chris Scicluna se jingħata l-aħħar tislima għada

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat ma naqsux għadd kbir ta’ messaġġi ta’ bosta persuni li sellmu l-memorja tal-kantant Chris Scicluna.

Huwa se jkun qed jingħata l-aħħar tislima għada fit-8.30a.m. fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta. 

Kienet martu Moira li fit-18 ta’ Frar ħabbret li żewġha ħalla din id-dinja fejn qalet li huwa kien mhux biss l-aqwa ħabib tagħha u mentor fil-mużika, iżda wkoll is-sieħeb fl-ivjaġġar u d-dell tagħha għal dawk l-aħħar 27 sena.

Fl-aħħar sigħat ma naqasx ukoll messaġġ ieħor mimli emozzjoni fejn, akkumpanjat mal-aħħar ritratt flimkien, qalet: “Int ħabbejtna bil-modi tiegħek. Il-familja kienet importanti għalik. Strieħ fis-sliem maħbub tiegħi. M’hemmx aktar uġigħ. Daqshekk terapija u daqshekk mediċina li aktarx qatluk fl-aħħar. Int anġlu fis-sema. Id-dar tinħass vojta mingħajr l-istorbju tiegħek.”

Chris u Moira kienu rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovisiono Song Contst bil-kanzunetta More than Love. Bosta artisti Maltin sellmu l-memorja tiegħu u ddeskrivewh bħala mużiċist b’talent kbir u artist komplut.

Sport