“Int kont, għadek u tibqa’ f’qalbna.” Dan kien il-messaġġ ta’ Carmel Pace, armel ta’ Miriam li 4 snin ilu mietet mirduma f’darha stess.
Żewġha jikteb fuq il-midja soċjali li llum 2 ta’ Marzu hu r-raba’ anniversarju iswed minn meta “ħajtek ġiet maħsuda u l-ħajja tal-familja tagħna nqalbet ta’ taħt fuq. Dan kollu minħaba r-rebgħa tal-bniedem.”
Hu jkompli jikteb li ħafna jiġġudikaw u ħafna jippuntaw is-swaba. “Li naf hu li kultant nistħajjel li vera l-vittma ssir l-akkużat u l-veru akkużat isir il-vittma. Kulħadd jinsa l-vera vittma hija dik li ġiet midruma f’darha stess, u l-familja tagħha għadhom ibagħtu l-konsegwenzi.”
Carmen itemm il-messaġġ tiegħu billi jikteb “jien konvint li int, ħanini tiegħi, qiegħda f’post ħafna aħjar thawdi l-ħajja ta’ dejjem. Għalhekk nitolbok biex tkun l-Anġlu kustodju tiegħi u ta’ wliedna. Ħarisna minn kull hemm li tista’ tagħtini d-dinja li qegħdin fiha.”