Saturday, October 26, 2024

Inter iridu jġeddu l-kuntratt ta’ Nicolo Barella

Aqra wkoll

Ħafna opinjonisti tal-futbol Taljan faħħru l-wirja tal-midfieler ta’ Inter Nicolo Barella. Il-plejer ta’ 26 sena kien deċiżiv bil-gowl li skorja kontra Benfica u li witta t-triq għall-kwalifikazzjoni Interista għas-semifinali tal-UEFA Champions League.

Id-diriġenti Interisti se jagħmlu minn kollox biex iġeddulu l-kuntratt li bħalissa jiskadi fl-2026 u aktar tard jista’ jkun il-captain il-ġdid tat-tim anke minħabba l-esperjenza li għandu.

Barella ilu ma’ Inter sa mis-sena 2020 fejn skorja 11-il gowl f’101 partita.

Sport