Sunday, November 24, 2024

Inter jaħtru lil Lautaro bħala captain

Aqra wkoll

Inter iddeċidew li jaħtru lill-attakkant internazzjonali Arġentin Lautaro Martinez bħala captain wara li l-gowler Sloven Samir Handanovic ħalla lill-klabb.

Hekk kif mar fuq is-sit soċjali tiegħu fuq Twitter, il-plejer ta’ 25 sena irringrazzja lid-diriġenza Nerazzurra li wriet il-fiduċja fih u afdatu b’dan l-irwol u wiegħed li jibqa’ leali lejn il-kuluri tal-klabb.

Sadanittant tħabbar li Nicolo Barella se jkun il-viċi-captain tat-tim.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport