Friday, May 3, 2024

Falcao għall-Brażil?

Aqra wkoll

Għalkemm għandu 37 sena, l-attakkant veteran Radamel Falcao qed jissemma’ li jista’ imur jilgħab fil-Brażil. Fil-fatt Gremio u Vasco da Gama kitbu uffiċjalment lill-klabb tiegħu Rayo Vallecano sabiex jiksbu s-servizzi tiegħu.

L-eks plejer ta’ Chelsea u Atletico Madrid għadu fl-aqwa tiegħu minkejja l-eta’ li għandu. Hu sostna li għalissa qed iħossu tajjeb jibqa’ jilgħab u se jagħmel dan sa kemm ittih saħħtu.Ma’ Rayo Vallecano, Falcao lagħab 49 logħba u skorja tmien gowls.

Sport