Monday, May 6, 2024

Dzeko jiddebutta ma’ Fenerbache b’gowl

Aqra wkoll

L-attakkant veteran mill-Bożnja Edin Dzeko beda bil-kbir mal-klabb il-ġdid tiegħu Fenerbache hekk kif skorja gowl u wettaq żewġ assists fir-rebħa kbira ta’ 5-0 li kellhom kontra Zimbru fl-ewwel leg tat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League. 

Dzeko kien qed jilgħab l-ewwel logħba uffiċjali ma’ Fenerbache u f’kumment li ta, kien ferm kuntent li ta l-kontribut tiegħu.

Għall-kronaka, Ferdi Kadioglu, Ryan Kent, Sebastian Zimanski u Josua King skorjaw il-gowls l-oħrajn għal Fenerbache.

Sport