Hekk kif l-attakkant internazzjonali Bosnjak, Edin Dzeko, se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Inter, dawn tal-aħħar se jippruvaw jaħsbu fuq plejers oħra u eventwalment jaslu fi ftehim magħhom.
Fil-fatt, id-diriġenti Interisti huma lesti sabiex jiltaqgħu ma’ Alessandro Bastoni li se jiskadilu l-ftehim tiegħu f’Ġunju 2024. Id-difensur ċentrali Nerazzurro u anke tat-tim nazzjonali Taljan jixtieq li jingħata somma ta’ €6.5 miljun bħala parti mis-salarju b’Inter li qed joffrulu €5 miljun.