Sunday, August 2, 2026
Home Sport Ferland Mendy segwit minn Arsenal 

Ferland Mendy segwit minn Arsenal 

0
447

Arsenal qed jirsistu qatigħ sabiex jiksbu s-servizzi tal-plejer ta’ Real Madrid Ferland Mendy. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u għad għandu kuntratt mal-Madrileni sa Ġunju 2025. 

Min-naħa tiegħu, Mendy hu lest li jiċċaqlaq u jixtieq jingħaqad mal-Gunners u jkun parti mit-tim li jilgħab fl-Emirates Stadium. 

Mendy ilu ma’ Real Madrid sa mis-sena 2019 fejn lagħab 89 partita u skorja erba’ gowls.