Monday, May 13, 2024

Inter l-ewwel finalisti tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Inter…………………..1

AC Milan…………….0

(skor aggregate 3-0)

Inter kisbu l-passaġġ għall-finali tal-UEFA Champions League meta għelbu lil AC Milan bl-iskor minimu ta’ 1-0, biex wara li fl-ewwel leg tas-semi-finali kienu għelbu lir-Rossoneri bl-iskor ta’ 2-0, ħarġu rebbieħa bi skor aggregate ta’ 3-0.

B’hekk fil-finali tal-10 ta’ Ġunju f’Istanbul, huma se jkunu qed jaffrontaw lir-rebbieħ ta’ bejn Real Madrid u Manchester City.

Kien biss fit-38 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota fil-partita, b’AC Milan ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Rafael Leao kellu xutt angulat fil-baxx li għadda ftit barra.

Inter wieġbu minuta biss wara meta wara li rċieva minn freekick ta’ Hakan Calhanoglu, il-captain Lautaro Martineż, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata b’riflessi mill-aqwa mill-goalkeeper Franċiż ta’ AC Milan, Mike Maignan.

Huma komplew fuq l-offensiva u minuta biss wara, Lautaro Martinez kellu xutt minn barra l-kaxxa li għadda għoli.

Inter skorjaw il-goal tar-rebħa fil-75 minuta meta Romelu Lukaku provda l-assist lil Lautaro Martinez, li b’xamma kbira għall-goal, minn pożizzjoni ideali, tefa’ ġewwa.

Tliet minuti wara, in-Nerazzurri kienu għoddhom irduppjaw l-iskor meta Lautaro Martinez ipprova jqabbeż il-ballun minn fuq Maignan, iżda dan tal-aħħħar dawwar tajjeb f’corner.

Sport