Wednesday, April 24, 2024

Inter josservaw tliet midfielders ta’ RB Salzburg 

Aqra wkoll

Id-diriġent ta’ Inter, Piero Ausilio, qed josserva mill-viċin tliet plejer ta’ RB Salzburg fit-tentattiv li wieħed minnhom jilbes il-flokk Nerazzurro tal-klabb. Dawn huma Nicolas Seiwald, plejer internazzjonali Awstrijak ta’ 21 sena, Luka Sucic, plejer Kroat ta’ 21 sena u Maurits Kjaergaard, plejer Daniż ta’ 19-il sena.  

L-għan ta’ Ausilio hu li jagħti lill-kowċ ta’ Inter Simone Inzaghi plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ kwalita’ preferibilment f’Jannar li ġej li jkun ukoll sostitut denju ta’ wieħed mill-plejers li jilgħab fl-ewwel 11.  

Sport