‘No Messi, no party!’ Dan kien it-titlu ta’ diversi siti elettroniċi ewlenin fl-Istati Uniti hekk kif l-istilla Arġentina kien nieqes fil-logħba li Inter Miami kellhom kontra Chicago Fire fil-kampjonat. Hawnhekk, it-tim minn Miami tilef bl-iskor ta’ 4-1 b’Maren Selassie u Xherdan Shaqiri li skorjaw doppjetta kull wieħed għal Chicago Fire.
B’dan ir-riżultat negattiv, it-tim immexxi minn Tata Martino jinsab fil-post ta’ qabel tal-aħħar fl-East Group tal-MLS bi 33 punt, ħames punti bogħod miż-żona play-off għalkemm għandhom logħba inqas minn New York u Montreal.