Kollox jinsab lest biex l-attakkant internazzjonali Arġentin, Paulo Dybala, jiffirma ma’ Inter għall-erba’ snin li ġejjin.
Fi tmiem dan l-istaġun huwa se jkun player liberu hekk kif se jintemmlu l-kuntratt ma’ Juventus hekk kif ma ntlaħaq l-ebda ftehim bejn iż-żewġ naħat biex jiġġedded il-kuntratt.
L-aġent tal-player ilu f’taħditiet man-Nerazzurri minkejja li Roma u Tottenham qed juru interess qawwi fis-servizzi tiegħu.
Il-partitarji Juventus żgur li mhux se jieħdu pjaċir jaraw wieħed mill-benjamini tagħhom jilbes il-flokk tar-rivali eterni.