Friday, May 17, 2024

Jarrod Bowen ma’ Liverpool?

Aqra wkoll

Il-winger Ingliż ta’ West Ham, Jarrod Bowen, ilu jiġi segwit minn Liverpool għal dawn l-aħħar 18-il xahar. 

Għaldaqstant ir-Reds qed jippreparaw offerta biex jiksbu s-servizzi tiegħu. 

Iżda l-Hammers qed jitolbu £60 miljun biex iħalli l-club meta l-kuntratt tiegħu jintemm fl-2025. 

Min-naħa tagħhom, Liverpool lesti li jirreċiprokaw billi jużaw lil Alexander Oxlade Chamberlain bħala parti mit-trasferiment. Huwa fadallu sena oħra biex jintemmlu l-kuntratt u għaldaqstant issa huwa l-mument biex ir-Reds jagħmlu negozju minn fuqu. 

Min-naħa ta’ Bowen, huwa jixtieq li jmur jilgħab f’Anfield jekk tiġih l-opportunità biex jagħmel dan. 

Sport