Is-Senegal ġew rikonoxxuti mill-ġdid bħala rebbieħa tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani tal-2025 wara li l-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) laqgħet b’mod unanimu l-appell tagħhom kontra d-deċiżjoni li tneħħilhom t-titlu u jingħadda lill-Marokk.
B’din id-deċiżjoni, il-CAS annullat is-sentenza tal-Bord tal-Appell tal-CAF u kkonfermat mill-ġdid ir-rebħa ta’ 1-0 li s-Senegal kien kiseb kontra l-Marokk fil-finali tat-18 ta’ Jannar, f’Rabat.
Il-finali kienet immarkata minn kontroversja lejn tmiem il-ħin regolamentari, meta l-players Senegaliżi ħarġu temporanjament mill-ground bi protesta wara li ngħata penalty lill-Marokk. Il-logħba twaqqfet għal madwar 14-il minuta qabel ma l-players tas-Senegal reġgħu lura fil-ground.
Brahim Diaz falla l-penalty għall-Marokk, u fil-ħin barrani Pape Gueye skorja l-adeċiżiv li ta lis-Senegal it-tieni titlu kontinentali tiegħu.
Madankollu, fis-17 ta’ Marzu, il-Bord tal-Appell tal-CAF qaleb ir-riżultat u ta rebħa ta’ 3-0 lill-Marokk, billi ddeċieda li s-Senegal kienu tilfu l-finali b’riżultat ta’ ċediment.
Is-Senegal appellaw quddiem il-CAS, li wara li semgħet l-argumenti tal-partijiet f’Lausanne fit-8 ta’ Ottubru, iddeċidiet favur tagħhom.
B’hekk intemmet l-inċertezza dwar il-finali kontroversjali, u s-Senegal ġew kkonfermat champions tal-Afrika 2025.




