Inter qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-winger offensivn ta’ Hertha Berlin, Dodi Lukebakio Ngandoli, li għandu 25 sena. Dan l-istaġun kien wieħed pożittiv għall-plejer Belġjan hekk kif lagħab 33 partita mat-tim mill-belt kapitali Ġermaniża fejn skorja 12-il gowl u wettaq ħames assists.
I Nerazzurri jridu joqogħdu attenti mill-konkorrenza ta’ Bologna u Torino li wkoll huma interessati għalih. Hertha Berlin qed jistmaw li l-plejer jiswa madwar €9 miljun.