“Inti l-ħolma li qed ngħix kuljum! Kemm inti sabiħa. Kemm inti kbira. Kemm għandek x’toffri. Dak li darba beżżgħani illum niċċelebrah għax jagħmlek dak li int!”
Dan kien il-messaġġ li wasslet omm Faith hekk kif illum hija l-ġurnata ddedikata lid-Down Syndrome. Hija qalet; ” Illum niċċelebrawk Faith u għandna għalxiex ta! Għax minn x’ħin ġejt f’ħajjitna imlejtilna b’ħafna dawl u kulur, tagħlima wara oħra u ħafna ħafna IMĦABBA! “
Tenniet tgħid;”Inħobbuk bla qies, għal dak li int u li għad trid tkun. Kburin bik DEJJEM! “

