Nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu, għal darb’oħra Missio Malta ser tkun qed torganizza l-Maratona annwali tagħha biex tiġbor fondi għall-proġetti li twettaq fil-pajjiżi tal-Missjoni.
Din il-maratona li għandha t-tema ‘Inti tista’ tgħin’, ser tkun imxandra live bejn il-11 ta’ filgħodu u l-11 ta’ bil-lejl, fuq is-sit ta’ TVM kif ukoll fuq l-istazzjonijiet ONE, NET, F Living TV, u Xejk TV.
“Il-Maratona ta’ Missio reġgħet magħna, u erġajna qed inħejju biex intellgħu maratona ta’ ġbir ta’ fondi li hija kruċjali għall-operat ta’ Missio Malta. Dan għax f’dawn it-tnax-il siegħa, Missio tiġbor parti sostanzjali mill-fondi neċessarji sabiex tkompli twettaq u tiffinanzja proġetti important fil-pajjiżi tal-Afrika, l-Asja u l-Amerika t’Isfel,” stqarr Robert Farrugia, il-Kap tal-Komunikazzjoni u l-Ġbir ta’ Fondi ta’ Missio Malta.
“Din is-sena ser inkomplu inlaqqgħu lill-membri tal-pubbliku u lill-benefatturi, ma’ iktar stejjer li jixħtu dawl fuq il-bżonnijiet bażiċi ta’ dawn in-nies u kif nistgħu indawruhom f’suċċessi, permezz tal-ħidma ta’ Missio.”
Waqt il-Maratona, iżda anke fil-jiem ta’ qabel u ta’ wara, Missio Malta qed tilqa’ d-donazzjoni permezz ta’ wieħed minn dawn il-mezzi ta’ hawn taħt:
BOV Mobile Pay –77236962
CALL – 51802064 – €25
CALL – 51902061 – €50
www.missio.org.mt/