Wednesday, July 24, 2024

Il-votanti Żvizzeri jappoġġjaw il-proposta għal żieda fil-ħlasijiet tal-pensjonijiet

Aqra wkoll

Il-votanti Żvizzeri l-Ħadd li għadda appoġġjaw il-proposta li se tara żieda fil-ħlasijiet tal-pensjonijiet, liema proposta kienet deskritta bħala waħda “storika”.

It-talba li saret mit-trejd unjis biex ikun hemm it-13-il ħlas fil-pensjoni kull sena kisbet appoġġ ta’ kważi 60%.

Iżda vot separat sabiex tiżdied l-età tal-irtirar tal-Iżvizzera għal 66 sena minn 65 ġie miċħud minn tliet kwarti tal-votanti.

“Din hija xi ħaġa storika”, Qal Pierre-Yves Maillard, il-Kap tal-Federazzjoni Żvizzera tat-Trade Unions (SGB).

Il-Partit tal-Ħodor tal-Iżvizzera ċċelebra din ir-“rebħa sinjifikanti għal ħafna li rtiraw” u li se jaraw is-sitwazzjoni tagħhom titjieb sostanzjalment.

Ekonomija

Sport