Saturday, December 21, 2024

Investigat każ fejn tifla ta’ 3 snin allegatament intesiet fil-van tal-iskola

Aqra wkoll

Wara li l-mezzi tax-xandir irrappurtaw każ ta’ tifla ta’ 3 snin li ma niżlitx minn fuq it-trasport allokat għas-servizz ta’ Klabb 3-16 offrut mill-FES wara l-ħin tal-iskola, il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana immedjatament tat struzzjonijiet lill-management tal-ministeru biex dan il-każ ikun investigat b’reqqa u biex tittieħed kull azzjoni li hi meħtieġa fiċ-ċirkostanzi.

Mezzi tax-xandir irrappurtaw li t-tifla nstesiet fil-van tal-iskola fit-triq lura mill-iskola primarja tal-Pietà.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-edukazzjoni qal li l-bord ta’ investigazzjoni huwa magħmul mill-eks Imħallef Philip Sciberras, mis-Sur Josie Brincat, eks Assistent Kummissarju u mis-Sa Salvina Muscat, edukatriċi rtirata u eks assistent direttur fil-Ministeru għall-Edukazzjoni.

Il-Ministeru qal li ttieħdet azzjoni wkoll biex l-operatur ġie notifikat li x-xufier konċernat jitwaqqaf b’mod immedjat milli jopera fuq l-iskema tat-trasport b’xejn għall-istudenti.

Ekonomija

Sport