Sunday, December 22, 2024

Investigat każ fi New Zealand fejn raġel allegatament ħa 10 tilqim tal-Covid-19 f’ġurnata waħda f’isem ħaddieħor

Ġie rrappurtat li r-raġel żar diversi kliniċi u tħallas minn persuni oħra biex jieħu d-dożi

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ta’ New Zealand qed jinvestigaw każ fejn raġel allegatament irċieva sa għaxar tilqim kontra l-Covid-19 f’ġurnata waħda f’isem nies oħra, fi sforz minn persuni biex jippruvaw jaħarbu mir-restrizzjonijiet fuq dawk mhux imlaqqma.

Il-Ministeru tas-Saħħa tal-lokal qal li qed jieħu l-kwistjoni bl-akbar serjetà filwaqt li qal li jinsabu mħassba minħabba din is-sitwazzjoni u li qed jaħdmu mal-aġenziji xierqa.

Ġie rrapurtat li huwa maħsub li r-raġel żar diversi ċentri ta’ tilqim u tħallas biex jieħu dawn id-dożi.

Biex persuna tirċievi l-vaċċin ġewwa New Zealand tista’ tibbukja permezz ta’ websajt, permezz ta’ tabib jew tmur ġewwa walk-in clinic. 

Biex tingħata vaċċin, persuna trid tipprovdi lill-ħaddiem tal-kura tas-saħħa isimha, id-data tat-twelid u l-indirizz fiżiku, iżda m’hemmx bżonn ta’ identifikazzjoni ulterjuri.

Kelliema mill-Ministeru tas-Saħħa ta’ New Zealand qalet il-fatt li persuna tassumi l-identità ta’ persuna oħra u tirċievi kura medika hija perikoluża.

Rapporti internazzjonali qalu wkoll li jidher li dan il-każ ma kienx wieħed iżolat hekk kif allegatament kien hemm persuni oħra li rċievew xi flus biex jieħdu t-tilqima f’isem ta’ ħaddieħor. 

Intqal kif il-fatt li n-nies mhumiex meħtieġa juru identifikazzjoni bir-ritratti meta jieħdu l-vaċċin, sabiex il-proċess ikun aċċessibbli kemm jista’ jkun, dan jagħmel is-sistema vulnerabbli għall-abbuż minn “minoranza żgħira ta’ nies”.

Ekonomija

Sport