Sunday, December 22, 2024

Investigata s-sejba ta’ raġel mejjet f’residenza fil-Gżira

Aqra wkoll

Il-pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta mas-sejba ta’ raġel mejjet f’residenza fi Triq Moroni fil-Gżira.

Jidher li għal xi ħin qamet kommossjoni kbira wara li għall-ħabta tas-7.30 p.m numru ta’ vetturi tal-pulizija ċċirkondaw iż-żona.

Minn investigazzjoni ulterjuri li saret jidher li r-raġel miet mewta naturali f’residenza li fiha jgħixu numru ta’ barranin oħrajn li apparentament ħasbu li r-raġel kien rieqed.

F’dan l-istadju mhux qed ikun eskluż li r-raġel seta’ kien ilu minn wara nofsinhar mejjet, iżda nifhmu li għandha tkun l-awtopsja li tagħti aktar ċertezza dwar dan.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin, ġie magħluq l-aċċess tar-residenza b’numru ta’ persuni barranin jiġu mitkellma.

Ekonomija

Sport