Wednesday, July 24, 2024

Kampjonat Ewropew U21: Il-Maltin megħluba iżda mhux umiljati

Aqra wkoll

BELĠJU………………3

MALTA……………….1

F’partita mill-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt il-21 sena, Malta sfat megħluba mill- Belġju bl-iskor ta’ 3-1 liema riżultat ma kienx wieħed umil­janti.  

Fl-ewwel ħames minuti, il-Belġjani heddew il-lasti tagħna minn Mario Stroeykens u Arne Engels iżda ġew innewtralizzati fil-ħin.

Fit-12-il minuta, Hugo Siquet sab lill-goalkeeper Malti, Hugo Sacco, b’tentattiv mill-viċin. Il-Belġjani komplew jippressaw u f’temp ta’ żewġ minuti resqu qrib iżda Ma­lick Fofana u Jarne Steuckers fal­slew il-mira.

Fit-28 minuta, Eliot Matazo seta’ għamel aħjar u fis-36 minuta xutt ta’ Romeo Vermant għadda ftit barra. 

Iżda, fl-40 minuta, il-Belġjani fetħu l-iskor minn azzjoni ta’ corner meta Romeo Vermant ikkonkluda bir-ras mill-cross ta’

Engels.

Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima l-Belġjani rduppjaw minn Jarne Steucker b’xutt għar-rokna tax-xibka.

Iżda, fit-62 minuta,  il-Maltin naqqsu l-marġni tal-iskor minn penalty ta’ Andrea Zammit wara li Zeno Van Den Bosch ikkommetta foul fuq Basil Tuma fil-kaxxa.

Peró, fil-ħin miżjud, is-sostitut Kazeem Olaigbe, issiġilla r-rebħa għall-Belġjani, b’xutt minn pożizzjoni angolata bil-ballun jispiċċa fir-rokna tax-xibka.    

Belġju: Maarten Vandevoordt, Hugo Siquet (Killian Sardella 63), Zeno van den Bosch, Jorne Spileers, Tuur Rommens, Mario Stroeykens, Arne Engels, Eliot Matazo (Julien Duranville 63), Jarne Steuckers (Noah Mbamba 88), Malick Fofana (Kazeem Olaigbe 63), Romeo Vermant (Youssuf Sylla 71)  – Coach: Gil Swerts

Malta: Hugo Sacco, Matthew Ellul, Owen Spiteri, Jake Vassallo, Aleandro Garzia (Kurt Briffa 88), Dylan Scicluna, Gianluca Sciberras (Matthew Debattista 88), Kurt Bondin (Andrew Borg 80), Nikolai Micallef (Karl Mohnani 69), Andrea Zammit (Jake Engerer 80), Basil Tuma – Coach: Ivan Woods

Referee: Genc Nuza (Kosovo)

assistenti: Edmond Zeqiri, Granit Hyseni (Kosovo)

Raba’ Uff.: Mentor Ajeti (Kosovo)

Skorers: R. Vermant 40, J. Steuckers 47, Olaigbe 91 (B); A. Zammit 62 pen (M)

Ammoniti: Z. Bosch, A. Engels, R. Vermant (B)

Ekonomija

Sport