Il-Pulizija qiegħda tinvestiga dwar il-mewta ta’ raġel li nstab mitluf minn sensih waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fiż-Żejtun.
Mill-ewwel investigazzjonijiet illi saru jidher li l-każ seħħ għall-ħabta tal-11 a.m meta ħaddiem sab lill-vittma mitluf minn sensih waqt li kienu qegħdin jagħmlu xi xogħol fuq il-faċċata ta’ residenza.
Minnufih issejjaħ tim mediku u ambulanza mill-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Issejħu wkoll pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali mill-Enemalta li qegħdin jassistu fl-istess investigazzjoni.
B’rabta mal-każ infetħet inkjesta li mistennija tistabbilixxi x’seta’ wassal għall-mewt tar-raġel għalkemm skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li miet kawża naturali.