Monday, May 6, 2024

“Qegħdin niġru wara Steward biex iroddu lura sal-aħħar ċenteżmu”

Il-gvern bit-tieni deċiżjoni favurih fl-arbitraġġ ta’ Pariġi

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ilna xhur li bdejna proċess f’arbitraġġ internazzjonali fejn il-gvern qiegħed ifittex lil Steward għal kumpens tal-affarjiet li ntrabtu li jagħtuna u ma tawhomlniex”. Iddikjara dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt id-diskors tiegħu b’rabta mal-estimi finanzjarji tal-budget għall-Ministeru rispettiv.Fearne qal li l-gvern se jkun qiegħed jiġri wara Steward biex irodd lura sal-aħħar ċenteżmu fejn jinstab li huma naqsu milli jimxu mal-ftehim.

Huwa kompla biex jgħid li l-ġimgħa li għaddiet, kellna l-aħbar minn Pariġi fejn qiegħed isir l-arbitraġġ bejn il-Gvern Malti u Steward, li għat-tieni darba l-arbitraġġ internazjonali kien ħa deċiżjoni favur il-Gvern Malti u kontra Steward. 

Id-Deputat Prim Ministru qal li din it-tieni deċiżjoni favur il-Gvern Malti hija turi ta’ kemm għall-kuntrarju ta’ dak li hawn min irid jipprova jfiehem fejn jidħol dan il-proċess. Fearne qal b’dan b’referenza għall-attakk kontinwu tal-Partit Nazzjonalista li ma’ kull opportunità ta’ diskors fil-pubbliku qiegħed jitkellem dwar dan is-suġġett.

Qal ukoll li din id-deċiżjoni turi li fil-verita l-proċess għaddej u li l-gvern qiegħed jieħu pożizzjonji favur il-poplu għal kjumpens. Saħaq li l-gvern qiegħed joħodha b’serjetà kbira din il-kwistjoni u s’issa l-gvern qiegħed jingħata raġun.

“Għandna tim ta’ Avukati li huwa tajjeb ħafna. Immexxija mill-Avukat tal-Istat. Dak li huwa tagħna qed immorru għalih sal-aħħar ċenteżmu”, temm jgħid Fearne.

Sport