Ilbieraħ filgħaxija l-pulizija ġew infurmati dwar possibbiltà ta’ splużjoni wara li ġew innutati xi ħsarat f’binja li qiegħda tiġi żviluppata fil-limiti tal-Bidnija.
Fil-post marru minnufih uffiċjali tal-Pulizija li sejħu għall-assistenza ta’ Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta mit-Taqsima tal-Ordinanza tal-isplussivi (EOD).

Skont informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li l-ispluzjoni seħħet bejn il-lejl tal-Ħamis u l-Ġimgħa. Intant jidher li tfittxija li saret skont kif indikat fir-rapport li sar dakinhar ir-riżultat fin-negattiv minkejja li l-operazzjoni damet diversi sigħat.
Ilbieraħ filgħaxija, persuna li jieħu ħsieb xi annimali li jitrabbew fil-limiti ta’ din il-binja li tidher li hija waħda pjuttost ġdida, innota xi ħsarat u b’hekk irrapporta skont kif immsemmi fil-bidu ta’ dan ir-rapport.

B’rabta ma’ dan il-każ għaddejja inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Lara Lanfranco.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.