Wednesday, November 27, 2024

“Investiment fid-dinja tax-xogħol li toffri xogħol diċenti u sostenibbli”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja, f’laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela fil-bini tal-GWU, tkellem dwar il-proposti li qiegħda tressaq il-GWU għall-elezzjoni ġenerali. Fost dawn hemm id-dinja ġdida tax-xogħol u kif ix-xogħol qiegħed jittrasforma ruħu kontinwament. 

Huwa semma l-politika ġdida dwar ix-xogħol li ġiet imnedija riċentament u t-tibdil li hemm bżonn isir anke fejn jidħlu l-platform workers. “L-investiment fid-dinja tax-xogħol… irridu naraw li tkun toffri xogħol diċenti u sostenibbli.”

“Nemmnu wkoll li l-edukazzjoni għandha tkun xi ħaġa ħolistika li tgħin lill-individwu u s-soċjetà tagħna b’mod inġenerali. Li tiżviluppa l-potenzjal ta’ kull persuna. Iż-żgħażagħ nemmnu li huma mhux biss il-futur imma wkoll il-preżent tas-soċjetà. Qegħdin nitkellmu wkoll dwar il-kwalità tal-ħajja fejn jidħol l-ambjent,” tenna s-Sur Bugeja.

Finalment, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU qal li l-union tilqa’ l-komunikat li sar mill-FATF fid-dawl tal-aħbar li Malta kkonkludiet b’mod sostanzjali l-pjan ta’ azzjoni mogħti lilha fil-livell tekniku.

Fl-analiżi teknika kien innotat kif Malta ħadet il-passi kollha meħtieġa biex tindirizza strateġikament ir-rakkomandazzjonijiet li sarulha. Din l-analiżi teknika wasslet biex il-plenarja tal-FATF aċċettat ir-rakkomandazzjoni li ssir żjara f’Malta biex tikkonferma dan il-progress.

Sport