Sunday, December 22, 2024

Investiment ta’ €20 miljun minn Epic bl-assistenza tal-European Investment Bank

Aqra wkoll

Il-European Investment Bank (EIB) se jiffinanzja €20 miljun lill-kumpanija Epic biex jaċċelleraw il-proġett tal-5G u l-infrastruttura tal-Fibre-to-the Home, bil-għan li pajjiżna jkollu 5G network sal-2024.

“Illum, ġurnata importanti mhux biss għal Epic, iżda għal pajjiżna. Illum, meta ħafna negozji qed idawru l-infrastruttura diġitali tan-negozju tagħhom biex ikunu aktar effiċjenti, reżiljenti u jkunu eqreb lejn il-ħaddiema u l-konsumaturi, l-importanza ta’ konnettività hija essenzjali,” qal il-Ministru Silvio Schembri.

Huwa rringrazzja lill-EIB tal-inizjattiva u tal-appoġġ li taw lill-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni madwar id-dinja biex jgħinu lill-pajjiżi jibnu infrastruttura teknoloġika b’saħħitha.

“L-investiment ta’ Epic u ta’ EIB f’pajjiżna qed isir ftit ġimgħat biss wara li l-Eurostat ikklassifikat lil Malta fl-ewwel post bħala servizz ta’ internet li jlaħħaq 90% tad-djar kollha u 95% tan-negozji f’pajjiżna,” sostna l-Ministru Silvio Schembri.

Gelsomina Vigliotti, Viċi President tal-Epic, qalet li s-settur tat-telekomunikazzjoni jirrikjedi investimenti sinjifikanti biex ilaħħaq mal-aċċelerazzjoni diġitali. Hija kompliet li grazzi għall-appoġġ tal-EIB, Epic Communications Ltd se tespandi l-5G network mal-pajjiż kollu u l-connection fibre-to-the home għal kwart tad-djar Maltin.

Tamas Banyai, CEO ta’ Epic, qal li l-viżjoni ta’ Epic tmur id f’id ma’ dik tal-EIB u tal-Gvern Malti biex twassal aċċess diġitali lil kull persuna, dar u negozju biex ikunu magħquda mal-kumplament tad-dinja.

Ekonomija

Sport