Monday, December 9, 2024

Investiment ta’  €14-il miljun biex jitkabbar is-servizz ta’ outsourcing b’risq il-pazjent

Aqra wkoll

F’konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Pajjiż ta’ Kwalità, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar investiment ta’ €14-il miljun biex jitkabbar is-servizz ta’ outsourcing b’risq il-pazjent.

Il-Ministru Jo Etienne Abela  saħaq li din hi miżura oħra importanti li tħabbret fil-Budget 2025 hekk kif għas-sena d-dieħla ser ikun hemm żieda fil-budget assoċjat ma’ outsourcing tas-servizzi tas-saħħa, fejn ġew allokati €14-il miljun.

“Permezz ta’ dan l-investiment, apparti li ser niżguraw li nimmassimizzaw ir-riżorsi tagħna f’Mater Dei, fl-Isptar ta’ Għawdex, f’San Vinċenz kif ukoll dalwaqt f’Ċensu Moran, qed naraw li jkomplu jiżdiedu n-numru ta’ sessjonijiet fis-sigħat barra mill-ħinijiet normali f’dipartimenti varji u dan ser jiġi estiż ukoll għall-operazzjonijiet,” spjega l-Ministru Abela.

Il-Ministru Abela kompla jispjega li permezz ta’ dan l-investiment rekord ser jaraw ukoll li jsir outsourcing ta’ servizzi għall-interventi ta’ radjoloġija bħal CT scans, MRI scans, kif ukoll għall-interventi bħall-operazzjonijiet tal-ftuq, tal-għadam, fil-ġogi, fl-ispalla, fl-għajnejn, knee u hip replacements, fost oħrajn. Sostna li dan se jkun qed isir b’kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-privat.

“Dan l-investiment b’saħħtu jawgura tajjeb għall-ħidma kontinwa li l-Gvern qed jagħmel favur is-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna. Dan l-investiment ikompli juri biċ-ċar kemm il-Gvern qiegħed verament jinvesti fin-nies,” temm jgħid il-Ministru Abela.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport