Wednesday, July 24, 2024

Investiment ta’ €700,000 biex il-Protezzjoni Ċivili tkun preparata iktar għar-realtajiet tal-lum

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia, flimkien mal-Ministru  għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri, inawguraw tagħmir ġdid  għall-Protezzjoni Ċivili b’investiment ta’ €700,000. Dan it-tagħmir huwa riżultat ta’ ftehim bejn l Awtorità għall-Ippjanar u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li l-Awtorità għall-Ippjanar offriet l-investiment biex tinxtara din il-vettura. 

“Bħala ministeru, flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar, qed naħdmu biex pajjiżna jkollu pjanar  intelliġenti u pjanar sostenibbli. Il-ħtieġa għall-ippjanar responsabbli tinsab hemm ukoll u kien  għalhekk li l-Awtorità għaddiet ‘il fuq minn €600,000 f’Corporate Social Responsibility lid Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex ikun mgħammar bl-aqwa faċilitajiet għal meta jiġi msejjaħ  f’każijiet ta’ emerġenza. Irridu nkomplu ntejbu l-mod kif nibnu u nimxu lejn binjiet li jimmitigaw l impatt tat-tibdil fil-klima”, qal il-Ministru Farrugia. 

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri spjega kif din il kollaborazzjoni bejn il-ministeri u entitajiet differenti tista’ tagħmel differenza kbira fil-ħajja tan-nies.  “Ir-realtà tal-lum hi li fil-pajjiż għandna ħafna iktar bini għoli b’konsegwenza li dan iġib miegħu sfidi  ġodda mill-aspett ta’ sigurtà. Dan ifisser li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jrid jadatta għal din  ir-realtà wkoll”, qal il-ministru. Huwa tkellem ukoll dwar kif dan l-investiment huwa riżultat ta’ pjan  ċar ta’ gvern li jaħseb f’dak li jista’ jinqala’ u jipprepara għal kull eventwalità. 

Ekonomija

Sport