“Inwegħedkom li dak li tgħallimt f’dawn l-aħħar ħames leġislaturi se nipprova nużah mill-aħjar li nista’ biex verament din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż iżżomm l-isem għoli tagħha fejn kulħadd jaħdem għall-ġid ta’ pajjiżna biex verament nimxu ’l quddiem”. Iddikjara dan David Agius fl-ewwel diskors tiegħu wara li ġie elett bħala Deputat Speaker tal-Kamra tad-Deputati.
Huwa rringrazzja lil dawk kollha preżenti b’mod speċjali lil martu, lil uliedhom u l-ġenituri tiegħu f’dan il-mument tant sabiħ fil-karriera politika tiegħu.