Thursday, May 16, 2024

“Agħmlu l-argumenti tagħkom bla biża’ iżda qatt tattakkaw il-persuna għax ma taslu mkien”

L-Ispeaker Anġlu Farrugia b'appell lid-Deputati ġodda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Inwiegħed li l-kariga tiegħi li hija kariga kostituzzjonali li titlob li mmexxi skont l-istanding orders u l-ordnijiet tal-Kamra u d-deċiżjonijiet li dejjem kienu meħuda biex ikollna l-andament proprju ta’ din il-proċedura tal-parlament, nagħmlu skont l-abilitajiet u l-kuxjenza tiegħi”. Hekk beda biex jindirizza l-Kamra l-Ispeaker Anglu Farrugia fl-ewwel intervent tiegħu wara l-ħatra biex ikompli f’dan l-irwol tiegħu.

Farrugia rringrazzja lill-ġenituri tiegħu – anke jekk illum neqsin, għall-valuri sbieħ li għaddewlu bħalma huma tal-korrettezza u tal-Ġustizzja li baqa’ jgħożż għal dejjem. Huwa rringrazzja wkoll lil martu li baqgħet tħaddan flimkien miegħu dawn il-valuri.

F’parir lil dawk li ġew eletti għall-ewwel darba, Farrugia stedinhom jagħmlu xogħolhom mingħajr biża’, jagħmlu l-argumenti tagħhom, iżda jagħmlu dan bla ma jattakkaw il-persuna għax ma jaslu imkien.

Huwa wiegħed li se jibqa’ jaħdem bix-xogħol għar-riformi li baqa’ biex isiru l-parlament jibqa’ jogħla fuq livell ewropew fejn tidħol trasparenza u effiċjenza.

Sport