Friday, December 13, 2024

“Inxtered biżżejjed demm f’dan il-pajjiż u nies sploduti”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Arċisqof jappella lill-membri tal-ġudikatura biex ikomplu jkunu preżenza skomda għal min ma jridx jifhem

“Nawguralkom li fil-missjoni mhux faċli tagħkom tkomplu tkunu preżenza skomda għal min ma jridx jifhem u sinjal ta’ tama għal min irid jgħix sewwa.” Qal dan l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna meta dalgħodu kkonċelebra quddiesa fil-KonKatidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-Sena Forensi.

Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof tkellem dwar il-ġustizzja u l-ġudizzju u appella lill-membri tal-ġudikatura, membri tal-maġistratura, membri tal-professjoni legali u staff tal-ġustizzja f’Malta sabiex iqisu lilhom infushom bħala “espressjoni ta’ risposta umana, serja, imparzjali, onesta u integra għall-għatx li l-bniedem għandu għas-sewwa u l-ġustizzja.”

Huwa stqarr ukoll li l-Mulej Ġesù jitkellem fuq il-ġudizzju li huwa konsegwenza tal-għażliet tagħna. Huwa qal li riċentament irċieva kopja ta’ diskors li għamel Rosario Livatino li kien Maġistrat Taljan li nqatel mill-Mafja fil-21 ta’ Settembru 1990. Qal li milux, l-Isqfijiet iddeċidew li jibdew il-kawża għall-Beatifikazzjoni tiegħu. 

“Għaliex qatlitu l-mafja? Għaliex fir-rettitudni tiegħu, fl-integrità tal-ġudizzju tiegħu, fil-kompetenza tiegħu kien preżenza skomda għal min irid ikompli jħawwad mingħajr konsegwenzi. Dik li nsejħulha l-impunità,” qal l-Arċisqof.

Huwa kompla jisħaq li: “nxtered biżżejjed demm f’dan il-pajjiż u nies sploduti. Imma nawguralkom li għal min hu korrott, min hu kriminal, għal min irid iħawwad u ma jħallasx tat-taħwid tiegħu intom tkunu preżenza skomda, xewka, twissija.”

Ekonomija

Sport