Saturday, May 18, 2024

Inzaghi jitkellem dwar Lukaku

Aqra wkoll

Hekk kif kien qed jitkellem wara d-draw li kellhom kontra Al Nassr f’partita ta’ ħbiberija, il-kowċ ta’ Inter Simone Inzaghi qal li t-tim miexi tajjeb fil-preparazzjoni tiegħu tul dan il-kamp ta’ taħriġ.

Meta mistoqsi dwar Romelu Lukaku, Inzaghi qal li din is-sitwazzjoni seta’ kellha tmiem aħjar minn dak li hemm bħalissa.

Inzaghi ammetta li għen ħafna lill-plejer Belġjan u tah ħafna fiduċja tul l-istaġun li għadda, anke meta l-affarijiet ma kinux sejrin tajjeb.

Finalment l-eks kowċ ta’ Lazio qal li qed jistenna mingħand id-diriġenti tiegħu li jkun hemm attakkant ieħor li jkun ta’ sostitut għal Lukaku.

Sport