Saturday, December 21, 2024

“Ippreparati mhux biss għall-kampanja elettorali imma issa wkoll biex nigvernaw”

Aqra wkoll

Grech: Abela m’għandux jibqa’ jaċċetta iktar applikazzjonijiet mingħand Russi li jridu jixtru ċittadinanza ta’ pajjiżna

“Ilni ngħid li aħna ninsabu ppreparati mhux biss għall-kampanja elettorali imma issa wkoll biex nigvernaw.”

Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt intervista li saritlu l-Ġimgħa filgħodu filwaqt li qa li dawn l-ewwel ħamest ijiem tal-kampanja elettorali kienu sbieħ ħafna li fihom irnexxielhom juru biċ-ċar li meta jgħidu kelma mhux biss tkun koretta imma kelma ta’ kredibilità li jżommu.

“Ilni ngħid li aħna ninsabu ppreparati mhux biss għall-kampanja elettorali imma issa wkoll biex nigvernaw u l-mument li nhar il-Ħadd ħarġet l-aħbar li bdiet il-kampanja, aħna għamilna ġest simboliku, li niżżilna banner mal-faċċata tal-Partit li juri l-bażi u l-pedament li fuqu se nkunu qed nibnu l-ekonomija  ta’ pajjiżna għall-għaxar snin li ġejjin,” qal Grech.

Qal li dak li jagħmlu mill-Gvern huma bħala PN, se jkun hemm għall-ġid ta’ kulħadd. “Imma l-ħidma tagħna fil-kampanja elettorali ma waqfitx, kompliet u lbieraħ saħansitra approvajna l-programm elettorali tagħna. Għamilniha biex inkomplu nuru li fl-ewwel jiem diġà għandna l-programm lest. Aħna l-viżjoni tagħna ma nivvintawhix ġimgħa qabel l-elezzjoni. Il-viżjoni tagħna hija ċara, maħsuba u studjata.”

Żied jgħid: “Meta tara l-kandidati tagħna bil-ktieb f’idejhom u tal-Labour għadhom bil-karti, taraw li dawn għadhom all over the place. Tinduna. Anke mill-billboards. Għandhom 250 billboards illi għamlu ħafna minnhom bis-saħħa tal-flus li nefqu taparsi għall-Malta film industry. Għaddew ħamest’ijiem ta’ kampanja, u ħlief kliem negattiv u kliem biss, issa forsi jibdew naqra stampi, għad m’għadhomx. Dawn m’għandhomx viżjoni. M’għandhomx idea.”

Qal ukoll: “Issa li qbadthom jisirquk, terġax tavdahom biex jerġgħu jigvernaw. Min-naħa l-oħra aħna bdejna kampanja ċara, pożittiva u b’direzzjoni determinata li ridu nagħtuk l-opportunità li mhux biss miegħek għal Malta inġibu bidla, imma nistgħu nġibu Malta aħjar u b’reputazzjoni aħjar.”

Qal li fil-viżjoni tagħhom tħares il-ħarsien tal-ambjent, il-ħarsien tal-obbligi soċjali li għandna bħala poplu, imma wkoll tal-governanza. Ġie aċċennat ukoll li fil-viżjoni hemm enfasi partikolari għal Għawdex.

Tkellem ukoll dwar l-importanza li jiltaqa’ man-nies u sostna li fost l-oħrajn iltaqa’ mal-bdiewa għax baqgħu jikkonsultaw magħhom. Intqal li Gvern ġdid Nazzjonalista se jippromwovi l-prodott lokali. Qal li dan se jagħmluh fost l-oħrajn permezz ta’ twaqqif ta’ Aġenżija għall-Promozzjoni tal-Prodott Malti li taħdem id f’id mal-bidwi, ir-raħħal, is-sajjied u l-għaqdiet;  Programm intensiv ta’ inċentivar tal-produzzjoni organika favur ambjent naturali fejn inlaħħqu mal-miri Ewropej u nużaw il-miljuni ta’ fondi disponibbli għal dan il-għan; u  Programmi estensiv ta’ edukazzjoni u proġett li jattira raħħala u bdiewa żgħażagħ.

Qal li Gvern ġdid Nazzjonalista ser jindirizza l-ewwel u qabel kollox l-ispejjeż tal-bidwi, is-sajjied u r-raħħal bili jgħinu jaċċessa l-fondi, idaħħal sistema ta sussidju fuq fjuwil, inaqqas radikalment spejjeż fuq bexx u ispezzjonijiet u jelimina r-renta tal-meters tad-dawl u l-ilma li saru piżijiet kbar fuq il-prodott Malti.

Grech tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna fejn qal:”“Ninsabu mħasbin b’din is-sitwazzjoni li qed tiżviluppa. Dejjem emminna fl-Indipendenza, fl-integrità u li pajjiżna ikun stat sovran, peor ma nistgħux nibqgħu newtrali quddiem din ir-realtà ta’ poplu li qed jiġi attakkat.”

Żied jgħid: “Għandna realtà oħra fejn Robert Abela diġà kisser ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. M’għamel xejn biex nevitaw il-grey list u għadu ma tanix garanzija li se joħroġna minna. Allura bniedem li daħħalna fi grey list, kif tista’ llum tavdah u tkompli tavdah issa jipperikola wkoll is-sigurtà ta’ pajjiżna.”

Grech qal ukoll: “Issa Robert Abela waqqaf l-applikazzjonijiet kollha u tibqax taċċetta applikazzjonijiet iktar mingħand Russi li jridu jixtru ċittadinanza ta’ pajjiżna. Għall-iskop li ma nistgħux nibqgħu nipperikolaw u ma nistgħux nibqgħu bid-dubju li qed nipperikolaw is-sigurtà ta’ pajjiżna u fl-istess ħin inkunu qed nibgħatu messaġġ li għalina mhux aċċettabbli li pajjiż jaħtaf u jinvadi pajjiż ieħor li kien fil-paċi.”

Ekonomija

Sport