Monday, May 6, 2024

Ippreżentati filmati ta’ dakinhar li nqatlet Bernice

Aqra wkoll

Hekk kif kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Roderick Cassar, li jinsab mixli li f’Novembru tal-2022 qatel lil martu Bernice, fost dawk li xehdu kien hemm espert tal-IT.

Fix-xhieda tiegħu, l-ispeċjalista Martin Bajada, xehed dwar l-informazzjoni miksuba mill-mowbajls personali kemm ta’ Bernice u kif ukoll ta’ Roderick dakinhar li seħħ l-allegat qtil.

Bajada spjega li nġabru diversi filmati minn kameras tas-sigurtà f’Kordin, fl-inħawi ta’ fejn seħħ id-delitt. Huwa irrimarkawukoll li kien hemm filmati mill-Qrendi, il-post fejn l-allegat agressur ġie arrestat. Dan filwaqt li filmati oħra ġew elevati mill-bodycams tal-Pulizija li dakinhar marru jassistu fuq il-każ.

Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, Bajada ppreżenta wkoll filmati ta’ 44 minuta.

L-Avukati mill-Uffiċċju tal-Avukjat Ġenerali, Angele Vella u Darlene Grima assistew lill-Ispetturi Wayne Camilleri, Shaun Pawney u Paul Camlleri.

L-avukati Franco Debono, Arthur Azzopardi, Marion Camilleri u Jacob Magri kienu l-avukati difensuri. L-avukati Stefano Filletti, Marita Pace Dimech, Ann Marie Cutajar u Rodianne Sciberras dehru bħala parte civile.

Sport