Raġel mill-Kosta tal-Avorju ta’ 33 sena u Eritrean ta’ 18-il sena ntbagħtu sitt xhur ħabs. Dan sar wara li wieġbu ħatja li ppruvaw jitilqu minn Malta b’passaport Taljan ta’ ħaddieħor.
Huma tressqu l-Qorti dalgħodu fejn il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur tal-Immigrazzjoni Lara Butters spjegat kif is-Sibt, huma ppruvaw jivvjaġġaw lejn Bergamo l-Italja, b’passaport u karta tal-identità Taljana, li kienu f’isem ħaddieħor.