Friday, May 17, 2024

“Tisfruttawx l-immigranti għal skopijiet politiċi” – il-Papa

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-immigrazzjoni tassew tinsab fuq l-aġenda taż-żjara tal-Papa Franġisku hekk kif proprju llum, waqt żjara fil-gżira Griega ta’ Lesbos, huwa kkundanna l-isfruttament tal-immigranti għal skopijiet politiċi.

Xi ħaġa li seħħet waqt din iż-żjara u li laqtet l-interess ta’ bosta persuni kien għall-fatt li l-Papa Franġisku suppost kellu jkun skortat direttament għal fuq il-podju, iżda minflok huwa għażel li jimxi minn ġol-kamp fejn bit-tbissima tiegħu ma naqasx milli jsellem għexieren ta’ immigranti li kienu jinsabu hemmhekk, inkluż tfal. Fuq din il-gżira jinżammu eluf ta’ immigranti li kienu qasmu mit-Turkija lejn il-Greċja. 

Din hija t-tieni żjara tiegħu f’din il-gżira hekk kif kien diġà mar hemm fl-2016. Xi ħaġa li kienet laqgħet ferm lin-nies kien għall-fatt li dakinhar hu kien ħa miegħu 12-il immigant Sirjan fl-Italja. 

Sfortunatament huwa qal li s-sitwazzjoni dwar l-immigrazzjoni ftit li xejn nbidlet mill-aħħar żjara tiegħu ħames snin ilu.

Innota kif il-Mediterran, fejn eluf sfortunatament tilfu ħajjithom, huwa bħal ċimiterju mingħajr lapidi.

Il-Papa Franġisku għat-tieni jum konsekuttiv ċanfar lil dawk li jużaw il-kriżi tal-immigrazzjoni għal skopijiet politiċi.

Fi tmiem taż-żjara tiegħu dalgħodu huwa żar diversi familji filwaqt li esprima d-dieqa tiegħu għall-fatt li ċertu mexxejja Ewropej riedu jużaw fondi komuni biex jibnu ħajt biex iżommu l-immigranti ‘l barra. 

Sport